topleft
 
 Fittex
 Links
 Internet Radio/TV
Media Release 25 ta’ Mejju '07
Media Release
25 ta’ Mejju 2007
 
Imxandra konverzazzjonijiet fejn Censu Galea jammetti li fl-ADT kien hemm brimba t’abbuzi …
 
Il-Prim Ministru ghandu jiehu azzjoni - Dr Alfred Sant
 
Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant dal-ghodu semma ghall-ewwel darba konverzazzjonijiet li l-Ministru Censu Galea kellu ma’ numru ta’ canvassers meta kien politikament responsabbli mill-ADT u li fihom l-istess Ministru jinstema fost l-ohrajn jammetti li fi hdan l-ADT kien hemm brimba t’abbuzi u li huwa izda ma seta jaghmel xejn quddiemha.
 
Waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fic-Centru Nazzjonali Laburista, Dr Sant talab lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex jiehu azzjoni ghaliex ma jistax ikun li l-problemi kbar li jezistu fit-tmexxija tal-gvern jibqghu jintefghu taht it-tapit. L-evidenza li inharget illum turi car li l-Ministru Censu Galea kien jaf li fl-ADT kien hemm brimba shiha izda ma hax passi, anzi kien ihossu impotenti quddiem din il-brimba. Il-Mexxej Laburista qal li fil-kuntest li fih intqalet, bil-kelma brimba huwa jifhem hafna aghar minn inefficjenza.
 
Il-brimba
 
Fil-konverzazzjonijiet li Dr Sant semma waqt il-konferenza ta’ l-ahbarijiet, il-Ministru Censu Galea instema jammetti li fi hdan l-ADT kien hemm brimba li kienet il-kawza ta' hafna mill-problemi u li din il-brimba kien hemm bzonn li tinqatel izda huwa ma kellux il-velenu biex joqtolha. L-istess Ministru instema jammetti li fi hdan l-ADT kien hemm kukkanja ta' nies li jlabalbu u li ma setax jafda fuqhom.
 

Click twice on the play button (>)
to listen to recordings
 
F’konverzazzjoni ohra, li semma l-Mexxej Laburista, Censu Galea jinstema jammetti li minkejja li kellem lil hafna nies ma setax isib lil min jaccetta li joqghod chairman tal-ADT, ghaliex skond huwa pajjizna huwa pajjiz tal-cowards u hadd mhu cuc, lanqas jekk toffrilu miljun lira. Il-Ministru Galea jinstema jiddikjara wkoll li mal-50 haddiem fi hdan l-ADT ma kienux qed jahdmu sewwa u li kienu qed jithallsu mal-Lm200,000 pagi fis-sena ghalxejn.
 
Impotenti
 
Dr Sant qal illi minn din l-evidenza jirrizulta li l-problemi fi hdan l-operat ta’ l-ADT ilhom jingemghu snin shah. Mill-istess evidenza jirrizulta li Ministru tal-gvern li ghadu membru tal-kabinett sal-lum, il-Ministru Censu Galea, mhux biss kien jaf b’dak li kien ghaddej izda wkoll ammetta li kien impotenti quddiem il-korruzzjoni, il-mismanagement u l-inefficjenza fl-ADT.
 
Il-Mexxej Laburista qal li kif jghid il-Prim Ministru Gonzi xejn ma jigri b’kumbinazzjoni, u issa jirrizulta b’mod car li l-abbuzi, l-inefficjenzi u l-korruzzjoni fl-ADT ma grawx b’kumbinazzjoni izda ilhom jinhmew kif jixhdu d-diskorsi li ghamel Censu Galea mal-canvassers tieghu meta kien politikament responsabbli mill-ADT.
 
Dr Sant qal li pubblikament izda Censu Galea kien jitkellem bil-maqlub. Fost l-ohrajn fil-parlament waqt id-diskussjoni dwar it-twaqqif ta’ l-ADT fis-sena 2000, Censu Galea kien qal li l-ADT kienet se tindirizza b’mod effettiv il-problemi u d-decizjonijiet kienu se jittiehdu fl-ahjar interess tal-pajjiz u li l-vizjoni ta’ l-ADT kienet dik ta’ amministrazzjoni integra u cara lesta li tilqa l-isfidi quddiem il-pajjiz.
 
Tlett rizenji
 
Wara li Censu Galea qal dak id-diskors, qal il-Mexxej Laburista, jirrizulta li f'dik l-istess sena - fis-sena 2000 - f'temp ta' ta' xahrejn irrizenjaw l-ewwel chairman u imbaghad acting chairman tal-PTA - il-predecessur ta' l-ADT. Ic-chairman - Alfred Triganza - irrizenja f'Awissu 2000 waqt li l-acting chairman - Piu Fenech - irrizenja f'Ottubru 2000.
 
Fi Frar 2002 imbaghad thabbret rizenja ohra - dik ta' Joe Zammit McKeon - minn chairman tal-ADT. Dr Sant qal li dan kollu jfisser li f'temp ta' sena u nofs kien hemm tlett rizenji f'awtoritajiet li politikament responsabbli minnhom kien Censu Galea. Wiehed minn dawn it-tlieta - Piu Fenech - kien anki tkellem fil-pubbliku dwar ir-rizenja tieghu. Fenech kien qal li kien irrizenja minhabba n-nuqqas ta' appogg li sab minn persuni f'pozizzjoni ta' awtorita` u qal li dan wassal biex il-moral tieghu beda jitnaqqar.
 
Il-Prim Ministru ghandu responsabilita
 
Il-Mexxej Laburista qal li l-konverzazzjonijiet li l-Ministru Censu Galea kellu mal-canvassers tieghu f’ufficcju f’San Pawl il-Bahar fis-snin 2001 u  2002 huma konverzazzjonijiet li fihom saru stqarrijiet ta’ hsara kbira. Censu Galea ghandu jaghti spjegazzjoni shiha dwar l-operat tieghu. Minkejja li l-Ministru Galea ma baqax responsabbli mill-ADT wara li Lawrence Gonzi sar Prim Ministru, minn dak iz-zmien ‘il quddiem l-affarijiet fl-ADT baqghu sejrin mill-hazin ghall-aghar. Dr Sant fakkar fl-iskandlu tal-hrug tal-licenzji tas-sewqan fejn hareg car abbuz sistematiku u korruzzjoni fl-ADT.
 
Il-Prim Ministru Gonzi, sahaq il-Mexxej Laburista, ghandu responsabilita` shiha li jghid lill-poplu Malti u Ghawdxi x’se jaghmel u x’fi hsiebu jaghmel fuq it-tmexxija kollha ta’ l-ADT fid-dawl ta’ l-evidenza li inharget illum fejn Ministru tal-kabinett tieghu ma kienx kapaci jiffacja l-problemi u jhollhom. Il-Prim Ministru ghandu r-responsabilita` li t-tmexxija tal-pajjiz tkun wahda efficjenti, trasparenti u kontabbli.
 
Il-Partit Laburista minn naha tieghu, qal Dr Sant, se jkun qieghed jistenna r-reazzjoni tal-Prim Ministru u qed jirrizerva l-pozizzjoni tieghu ghaliex jemmen li l-evidenza li inharget illum hija serja bizejjed biex tiggustifika reazzjoni serja minn naha tal-Prim Ministru. Fl-istess hin il-Partit Laburista ghal issa mhux qed jaghti indikazzjonijiet ohra li jistghu jkunu ta’ hsara hafna ikbar mill-evidenza li inharget illum.
 
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Charles Buhagiar u Joe Mizzi.
 
 
 
 
Ufficcju Informazzjoni
Partit Laburista
    
Click on image to view image gallery
spacer
Official website of Joe Mizzi MP
Bar-B-Que Sparatura