Media Release
30 ta’ Mejju 2007
Imxandra iktar recordings tal-Ministru Censu Galea …
Il-Prim Ministru ghandu jaghti spjegazzjoni – Dr Alfred Sant
Il-Mexxej Laburista Dr Alfred Sant illum semma iktar recordings ta’ laqghat li l-Ministru Censu Galea kellu ma’ canvassers tieghu meta huwa kien politikament responsabbli mill-ADT, f’liema recordings l-istess Ministru jinstema jammetti fost l-ohrajn li kien jaf li kien hemm haddiema fl-ADT li kienu lesti jahilfu falz biex jghattu l-hazin ta’ xulixn, li kien hemm hafna intricci, li kienu jsiru hafna kummiedji, li kulhadd kien qed jaghmel li jrid u ma jigri xejn u li kien jaf li kien hemm haddiema fl-ADT li ma kienux qed jaghmlu xogholhom.
| Ghafas darbtejn fuq il-play button (>) biex tisma r-recordings |
Li jghodd huwa dak li qal Censu Galea
Waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet fic-Centru Nazzjonali Laburista, Dr Sant qal li quddiem dawn ir-recordings li saru fi zmien li l-ADT kienet diga twaqqfet, u wara li mill-ewwel recordings li kienu zvelati nhar il-Gimgha hareg car li l-Ministru Censu Galea kien konxju minn brimba ta’ korruzzjoni, l-istess Ministru u iktar u iktar l-Prim Ministru Lawrence Gonzi ghandhom jaghtu spjegazzjonijiet.
Dr Sant ghamilha cara li mir-recordings li qed ixandar, il-Partit Laburista jintreressah minn dak li qal il-Ministru Censu Galea u huwa tal-misthija kif certi nies li ippruvaw jiddefendu lil dan il-Ministru minflok iffokaw fuq x’qal Censu Galea ippruvaw jiffokaw fuq x’qalu nies ohra. Fir-recordings li ssemmaw ghall-ewwel darba illum il-Ministru Censu Galea jinstema jiddikjara ghal iktar minn darba li grupp ta’ 50 haddiem fl-ADT kienu qieghdin hemm ghal xejn ghaliex hadd minnhom ma kien qed jaghmel xogholu.
Kienu lesti jixhdu falz
Censu Galea jinstema jiftahar li meta l-ADT bdiet topera minn Sa Maison ma laqax talba biex il-haddiema jkollhom ufficini separati ghaliex fi kliemu ried li l-kummiedji li kienu jsiru jarhom kulhadd. Fl-istess recordings Censu Galea jinstema jammetti li fl-ADT kien hemm hafna intricci u jinstema jammetti illi kien jaf li fi hdan l-ADT kulhadd kien qed jaghmel li jrid izda wahdu ma setax jasal u li kellu bzonn l-ghajnuna ta’ xi hadd responsabbli, jekk kien fadal xi hadd responsabbli.
Censu Galea jinstema jammetti wkoll li fl-ADT l-impjegati ma kienux bhahan tant illi kien jaf li kien hemm minnhom li kienu lesti anki jixhdu falz biex jghattu l-hazin ta’ xulxin. Dr Sant qal li din hija wahda mill-iktar stqarrijiet ta’ hsara kbira li Ministru tal-gvern jista jaghmel. “X’responsabilita Ministerjali hija din ?”, staqsa l-Mexxej Laburista, li zied jghid li l-atmosfera tar-recordings hija wahda ta’ taverna fejn hafna nies ikunu qed jiggieldu bejniethom bil-Ministru Censu Galea jikkonsulta ma’ dawk li skond huwa mhumiex canvassers tieghu, izda forsi huma l-advisers tieghu.
L-istess nies ghadhom hemm
Dr Sant irrimarka li s-sitwazzjoni li kien hemm fl-ADT fi zmien li saru r-recordings ta’ Censu Galea ghadha hemm illum ghaliex kien il-kap ezekuttiv ta’ l-ADT tal-lum, Gianfranco Selvaggi, li ikkonferma mal-gurnal l-orizzont li l-istess nies li kienu qed imexxu l-ADT fi zmien tar-recordings ghadhom hemm sal-lum. Ghalhekk huwa iktar u iktar krucjali li jekk il-gvern jemmen fit-trasparenza, fil-kontabilita u fl-efficjenza jaghti t-twegibiet. “Mhux talli dawn it-twegibiet mhux jinghataw, anzi l-Prim Ministru Gonzi qed igib ruhu b’mod tal-misthija”, qal il-Mexxej Laburista.
Dr Gonzi kellu jiehu l-kaz bhala xi haga ta’ l-ikbar serjeta` ghaliex Ministru li ghadu fil-kabinett mieghu, jaf x’kien sejjer hazin izda baqa` sena wara ohra ma ha l-ebda passi biex iwettaq it-tibdil mehtieg. Ghalhekk l-ewwel wiehed li kellu jaghti rendikont u spjegazzjoni kellu jkun il-Prim Ministru ghaliex Censu Galea ghadu Ministru fil-kabinett tieghu.
Arroganza fit-tmexxija tal-Prim Ministru
Minflok dil-gimgha fil-parlament meta l-whip tal-Grupp Parlamentari Laburista Joe Mizzi ipprova jistaqsi mistoqsijiet legittimi lill-Ministru Censu Galea, intlaqa bl-arroganza tipika li biha l-Ministri jitrattaw il-mistoqsijiet ta’ l-oppozizzjoni Laburista. U minn naha tieghu l-Prim Ministru minflok fetah lok ghal spjegazzjoni ghalaq il-bibien kollha u qal li jekk jerghu jsiru mistoqsijiet bhal dawn kien se jawtorizza lill-Ministri biex ma jwiegbux.
“Din hija attitudni tal-misthija fi kwalunkwe demokrazija u turi li l-arroganza mhiex qieghda biss fost il-Ministri izda wkoll fit-tmexxija tal-Prim Ministru nnifsu”, sahaq Dr Sant. Il-Mexxej Laburista sahaq li min jghid li dak li qal Censu Galea mhumiex affarijiet serji, mhux ikun serju huwa u ma jridx li pajjizna jimxi ‘l quddiem fuq trasparenza, kontabilita u efficjenza.
Il-Prim Ministru ghandu jiehu pozizzjoni
Ir-recordings juru b’mod car li Ministru tal-gvern kien jaf li ma kienx hemm trasparenza, kontabilita u efficjenza anzi kien hemm korruzzjoni, kien jaf li kellu nies li kienu lesti jixhdu falz, u izda baqa` ma ta ebda spjegazzjoni. “Il-Prim Ministru”, sahaq Dr Sant, “taht il-kostituzzjoni ghandu d-dmir li jirregola t-tmexxija tal-kabinett b’mod serju ghaliex sa issa, minflok qed jiehu dal-kaz b’serjeta`, lanqas qed ihalli lill-whip Laburista jaghmel il-mistoqsijiet fattwali tieghu”.
Il-Mexxej Laburista talab lill-Prim Ministru biex jiehu pozizzjoni u zied li jekk mhux se jaghmel hekk, l-Oppozizzjoni Laburista se tibqa` taghmel id-dmir taghha taht il-kostituzzjoni. Waqt li sahaq li l-Partit Laburista qed jistenna r-reazzjoni tal-gvern, mistoqsi jekk hux se jinhargu iktar recordings, Dr Sant wiegeb li l-Partit Laburista lest li jibqa` sejjer bil-kaz Censu Galea.
Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm ukoll id-deputati Laburisti Charles Buhagiar u Joe Mizzi.
Ufficcju Informazzjoni
Partit Laburista




