topleft
 
 Fittex
 Links
 Internet Radio/TV
Ruling dwar ksur ta' privilegg

RULING MOGĦTI FIS-SEDUTA NRU 553 TA’ L-ERBGĦA, 18 TA’ LULJU 2007



B’referenza għat-talba ta’ ksur ta’ privileġġ imressqa minn l-Onor Joe Mizzi fis-Seduta 549 ta’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Lulju, 2007 fil-konfront ta’ l-Avukat Ian Spiteri Bailey u Ms Alice Peplow;


U speċifikament ai termini tas-subinċiżi (b) (d) (e) (h) u (j) ta’  subartikolu (4) ta’ l-artikolu 11  ta’ l-Ordinanza dwar il-Privileġġi u s-Setgħat tal-Kamra tal-Deputati, Kap 113  tal-Liġijiet ta’ Malta;


U dan wara li l-Avukat Spiteri Bailey bagħat ittra għan-nom ta’ Ms Peplow datata 26 ta’ Ġunju 2007 lill-Onor Mizzi li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra matul l-istess seduta li qed issir riferenza għaliha aktar ‘il fuq;


L-Onor Mizzi testwalment qal:  


“Sur President, waqt ix-xogħol tal-Kamra jiena ġejt mogħti l-posta u materjal ieħor. U hekk kif ftaħt il-posta nsib ittra mibgħuta mill-avukat Ian Spiteri Bailey…..  Din l-ittra hija datata 26 ta’ Ġunju 2007 madankollu din l-ittra rċevejtha l-bieraħ fil-ħin tax-xogħol tal-Kamra u allura ma stajtx inressaqha l-bieraħ.  Din tal-lum hija l-ewwel opportunita’ tiegħi sabiex inressaqha.”


Issa billi l-Ordni Permanenti Nru 36 tgħid hekk:



“Mozzjoni dwar kwistjoni ta’ privileġġ li tinqala’ waqt is-seduti tal-Kamra għandha dritt għall-preċedenza fuq kull xogħol ieħor.


Mozzjoni dwar kwistjoni ta’ privileġġ li ma tkunx inqalgħet waqt is-seduta tal-Kamra għandha ssir ma’ l-ewwel opportunita’ u tista’ ssir qabel il-bidu ta’ xogħol pubbliku.”;


Għalhekk, fil-fehma tas-Sedja, l-ewwel opportunita’ kienet meta l-korrispondenza saret disponibbli u aċċessibbli mhux meta nqrat fil-Kamra u għaldaqstant, is-Sedja ma tistax tikkonsidra t-talba ta’ l-Onor. Mizzi bħala prima facie ksur ta’ privileġġ.


Madankollu s-Sedja tiddikjara mingħajr tlaqliq li dik l-ittra ma jmissa qatt intbagħtet aktar u aktar meta l-awtur tagħha huwa bniedem tal-liġi.  L-Ordinanaza dwar il-Privileġġi u s-Segħat tal-Kamra tad-Deputati ma tħallix lok għall-ekwivoku u tagħti d-dritt kollu lill-Membri tal-Kamra biex fil-Kamra jesprimu ruħhom bl-akbar liberta’ mingħajr ħadd minn barra l-Kamra ma jażżarda b’xi mod ifixkilhom, jheddidhom jew jiċċensurhom.



Min-naħa l-oħra niġbed l-attenzjoni tal-Membri tal-Kamra biex ismijiet ta’ individwi minn barra l-Kamra ma jissemmewx jekk mhux mija fil-mija neċessarju, xi ħaġa li l-Kamra diġa’ qed tattwa fejn għandu x’jaqsam ma’ interpellanzi meta l-ismijiet ta’ individwi jintbagħtu  taħt separate cover.  Għalhekk nappella lill-Onorevoli Membri biex josservaw din ir-regola u nappellalhom ukoll biex dejjem jużaw l-awto-dixxiplina u l-prudenza fil-mod kif jikkomportaw u jesprimu ruħhom.

    
Click on image to view image gallery
spacer
Official website of Joe Mizzi MP
Bar-B-Que Sparatura