Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura

 

Trasport

Niffukaw ħarsitna biex intejbu s-sistema tat-trasport pubbliku billi nidħlu f'diskussjonijiet biex infasslu pjan ta' titjib fis-servizz u fir-rotot tal-karozzi tal-linja. B'rieda tajba, naslu biex nassiguraw li jintlaħqu l-aspettattivi tal-poplu. Nagħtu wkoll prijorita' lill-problema tat-traffiku billi fost l-oħrajn inniedu pjan nazzjonali dwar l-immaġġjar tat-traffiku u nagħtu prijorita' lil proġetti li jindirizzaw il-problema ta' parkeġġ.

Tiftix għaż-Żejt u Gass

B’investiment xieraq u bi pjan strateġiku, għandha mhux biss tiġi mħarsa l-ħażna nazzjonali, iżda wkoll tibda attivita‘ sabiex Malta jkollha r-riżervi tal-gass u bjar taż-żejt tagħha. Dan iseħħ b’mod sostenibbli biex filwaqt li jiżdiedu l-impjiegi tissaħħaħ l-ekonomija.

Infrastruttura

Inpoġġu fuq l-aġenda nazzjonali proġetti li jagħtu spinta ekonomika u infrastruttural lil pajjiżna billi nagħtu prijorita' lil dawk il-proġetti li waqgħu lura biex naraw li jitlestew, waqt li nidentifikaw postijiet  b'potenzjal li jistgħu jiġu rijabilitati u żviluppati.

 

Parlament

Impenn internazzjonali

Mill-ahbarijiet