Kien, Ghadu u Jibqa’ Bhalkom u Ghalikom
L-Edukazzjoni tieghi bdejtha fl-iskola tal-Gvern tal-Birgu u l-Kalkara, u komplejtha fl-Istitut Tekniku ta’ Rahal Gdid fejn ghamilt 4 snin kors fit-Telekomunikazzjoni. Wara dan il-Kors ghamilt studji avvanzati fil-qasam ta’ l-Elettronika/Telekomunikazzjoni.
Bejn l-1971/2 hdimt bhala Technician/Operator fil-Computer Room ta’ bastiment tas-Seismic Surveys [ghaz-Zejt] fl-ibhra Maltin u ta’ l-akkwati. Fl-1972/5 ingaggajt bhala Radio Officer fuq vapuri merkantili. Wara l-1975 dhalt fil-qasam tat-Telekomunikazzjoni fejn illum ghandi l-Kariga ta’ Operations Manager mal-Kumpanija DataTrack Systems Ltd.
Fl-1983 tajt l-ghajnuna tieghi lill-Gvern Laburista fit-twaqqif tal-Kumpanija RTV Ltd [tat-Televisions], fejn ghal zmien twil kont appuntat mill-Gvern bhala Direttur Tekniku.
Fil-Union: Bejn l-1976 u l-1985 irrapprezentajt lil shabi haddiema tar-Radio Deutsche Welle bhala Shop Steward fil-G.W.U.Fil-Politika: Bdejt l-attivita` politika tieghi fiz-Zghazagh Socjalisti tal-Kalkara fejn fl-1975 gejt mahtur Segretarju Propaganda.
Fl-1989 inhtart Segretarju tal-Grupp Parlamentari u Membru ta’ l-Amministrazzjoni tal-Partit, karigi li ghadni nzomm sal-lum.
Bejn l-1996 u l-1998 il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant hatarni bhala l-uniku Ministru fl-Ufficcju tieghu.
Fl-1998 Dr Alfred Sant hatarni Kelliem Ewlieni Dwar l-Ippjanar Ambjentali u fl-2003 bhala Kelliem Ewlieni Dwar Servizzi Infrastrutturali u Tiftix taz-Zejt [li jinkludu wkoll l-Enemalta, il-Water Services Corporation, it-Telekomunikazzjoni, l-Malta Maritime Authority u l-MaltaPost].
Ix-xoghol li ghamilt fil-Partit Laburista f’dawn l-ahhar 30 sena, kif ukoll dawk kollha li hadmu fil-qrib tieghi, huma xhieda konkreta ta’ hidma bla heda ghall-gid tal-Partit, ta’ Malta u tal-Kostitwenti tieghi u huwa l-mera ta’ dak li bi hsiebni naghmel fil-Legislatura li jmiss.
- Jew tigi inti fl-Ufficcju tieghi li jinsab “J” Ex-Bruno Stores, Triq Marina – Kalkara [Tel 21-690453], kull nhar ta’ Hadd filghodu bejn id-08:45 u l-10.00.
- Jew thallili messagg fuq it-telefon ta’ l-Ufficcju [21-690453] u mbaghad incempillek jien.
- Jew iccempilli fuq il-Mobile 9942-0188 [Cempel u aqta’ imbaghad incempillek jien u b’hekk ma tehilx telefonata inti].
- Jew tghidli biex nigi ghandek.




